During meetings with the senior officials of The Malta Chamber and the Malta Chamber of SMEs, the Chairman of the Malta Development Bank Leo Brincat and the CEO Paul V. Azzopardi reiterated the Bank’s commitment to reinforce ties with these two leading institutions for the benefit of their respective members.
They invited the two Chambers to engage in strategic discussions based on concrete proposals with a view to enhance collaboration with the two entities. While recognising the vital role that SMEs play in driving economic growth and job creation, the Bank officials stated that this approach was intended to review existing banking schemes and explore new and feasible initiatives tailored to the needs of their members, thereby facilitating more effective assistance to businesses.
L-MDB impenjat li jibni relazzjonijiet aktar b’saħħithom mal-akbar żewġ Kmamar tal-Kummerċ
Waqt laqgħat ma’ uffiċjali ewlenin tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Kamra Maltija tal-Intrapriżi Żgħar u Medji, iċ-Chairman tal-Malta Development Bank Leo Brincat u l-Kap Eżekuttiv Paul V. Azzopardi ġeddew l-impenn tal-Bank biex isaħħu r-relazzjonijiet ma’ dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ewlenin għall-benefiċċju tal-membri rispettivi.
Huma stiednu liż-żewġ Kmamar għal diskuzzjonijiet strateġiċi bbażati fuq proposti konkreti bl-għan li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni maż-żewġ entitajiet. Filwaqt li għarfu r-rwol fundamentali li l-intrapriżi żgħar u medji għandhom biex jixprunaw it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, l-uffiċjali tal-Bank tkellmu dwar il-ħtieġa li jiġu riveduti skemi bankarji eżistenti u li jiġu esplorati inizjattivi ġodda u fattibbli mirquma għall-ħtiġijiet tal-membri tagħhom, biex b’hekk tkun iffaċilitata għajnuna aktar effettiva għall-intrapriżi.