An informative visit by MDB Chairperson Leo Brincat and CEO Paul V. Azzopardi at the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) focused on student development and career readiness.
The visit, hosted by MCAST President Mr Horace Laudi, underscored MCAST’s educational initiatives and how these align with the MDB’s core areas of focus, particularly in preparing students for careers in sectors critical to Malta’s economic growth and innovation.
During the visit, discussions highlighted MCAST’s strong commitment to equipping students with the essential skills and knowledge needed to succeed in industries crucial to Malta’s economic growth and innovation. MCAST’s initiatives in promoting career readiness also complement the MDB’s “Further Studies Made Affordable” scheme, which provides financial support for students pursuing further education.
The visit reinforced the mutual goals of both institutions in fostering a well-prepared workforce that will contribute to the development of key industries, driving forward Malta’s economic prosperity. Both the MDB and MCAST remain committed to ensure that students have access to the necessary resources to excel in these dynamic sectors.
L-MDB u l-MCAST b’inizjattivi kumplimentari favur l-iżvilupp tal-istudenti u t-tħejjija għall-karrieri
Żjara informattiva miċ-Chairperson tal-MDB Leo Brincat u l-Kap Eżekuttiv Paul V. Azzopardi fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) iffukat fuq l-iżvilupp tal-istudenti u t-tħejjija għall-karrieri.
Waqt iż-żjara, fejn l-uffiċjali tal-MDB kienu milqugħa mill-President tal-MCAST is-Sur Horace Laudi, saret diskussjoni fuq l-inizjattivi edukattivi tal-MCAST u kif dawn jallinjaw mal-oqsma ta’ priorità tal-MDB b’mod partikolari fit-tħejjija tal-istudenti għall-karrieri f’setturi li huma kritiċi għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni ta’ Malta.
Waqt iż-żjara, ħareġ biċ-ċar l-impenn b’saħħtu tal-MCAST li tipprovdi lill-istudenti bil-ħiliet meħtieġa u l-għarfien biex jirnexxu fl-industriji li huma kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni. L-inizjattivi tal-MCAST biex iħejju l-istudenti għall-karrieri ta’ għada jikkumplimentaw l-iskema tal-MDB Further Studies Made Affordable, li tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-istudenti li jkomplu jistudjaw.
Iż-żjara saħħet l-għanijiet reċiproċi taż-żewġ istituzzjonijiet fil-ħidma tagħhom li jikkontribwixxu għal forza tax-xogħol ippreparata biex ikollha rwol importanti fl-iżvilupp ta’ industriji ewlenin u b’hekk tavvanza l-prosperità ekonomika ta’ Malta. Kemm l-MDB kif ukoll l-MCAST huma impenjati li jiżguraw li l-istudenti jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jeċċellaw f’dawn is-setturi dinamiċi.