MDB Agreement with BOV for Small Loans Guarantee Scheme

The Malta Development Bank is pleased to announce Bank of Valletta as the first bank to sign up to its Small Loans Guarantee Scheme (SLGS), with a number of other commercial banks expected to follow suit. This scheme provides an important additional impetus to SMEs as they seek to pull through the challenges of the present times and push forward the country’s recovery in the months ahead. 

Principally, the SLGS is a facility designed to support smaller businesses to access credit facilities up to €250,000 for working capital purposes. The scheme has been purposely designed with the understanding that one of the main barriers to finance, especially for start-ups and SMEs, relates to difficulties associated with high collateral requirements. The scheme addresses this constraint by allowing smaller businesses to source loans under the MDB COVID-19 Guarantee Scheme (CGS) without the need to provide high levels of soft collateral (personal guarantees). Through the SLGS, the MDB provides additional protection to intermediary banks and, in turn, banks reduce soft collateral requirements to a maximum of 20% of the loan value. 

Since banks have valid reasons for asking for additional collateral in certain cases, the SLGS is also mindful of the intermediary banks’ interest, offering them protection on their credit risks. Additionally, in order to ensure the maximum take-up of this scheme, guaranteeing that as many businesses share the benefits being made available, the MDB has announced that the SLGS will apply retroactively: if a business has already concluded loans with participating intermediary commercial banks under the MDB COVID-19 Guarantee Scheme, it can now apply to renegotiate the previously submitted security under the terms of the SLGS.

Since the launch of the wider Covid-19 Guarantee Scheme, in April, the MDB has now supported over 400 businesses, with loan facilities reaching more than €285 million, thus helping in safeguarding the jobs of more than 15,000 persons. 

Commenting on these latest developments, Prof Josef Bonnici, MDB Chairman, said: “We are very pleased with the take-up of Covid-19 related assistance so far; through the additional incentives being provided to the smallest businesses and the self-employed we are making sure that the Bank can truly reach out and support every entrepreneur, whatever the size of the business, to play a role in Malta’s economic regeneration.”

Prof Bonnici recalled that despite the significant take-up, the MDB’s fund available for the Guarantee Scheme is far from exhausted: “We must strive to continue reaching out and supporting local businesses. To this end, we encourage local entrepreneurs to approach their preferred commercial banks, to seek help and learn more about these attractive schemes.”  

​​
 

Il-Bank Malti ta’ Żvilupp jilħaq ftehim mal-BOV għall-provvediment tal-Iskema ta’ Garanziji fuq Self Żgħir


Il-Bank Malti ta’ Żvilupp iħabbar li ntlaħaq ftehim mal-Bank of Valletta biex dan ikun l-ewwel bank li jipprovdi l-Iskema ta’ Garanziji fuq Self Żgħir (“Small Loans Guarantee Scheme”, SLGS), b’numru ta’ banek kummerċjali ohra mistennija jsegwu fil-futur qrib. L-iskema tipprovdi ghajnuna  addizzjonali importanti lill-intrapriżi żgħar u medji biex jegħlbu l-isfidi li hemm quddiemhom f’dawn iż-żminijiet u jixprunaw l-irkupru ekonomiku tal-pajjiż fix-xhur li ġejjin.

Primarjament, l-SLGS hi faċilità ddiżinjata li tappoġġja negozji żgħar jaċċessaw self sa €250,000 li jipprovdilhom kapital biex ikopru spejjeż bħal pagi, kirjiet u ħlasijiet immedjati oħra. L-iskema tikkunsidra li ostaklu ewlieni li jsibu quddiemhom kumpaniji ġodda u żgħar hi li jintalbu garanziji sostanzjali fuq is-self, b’mod partikolari meta japplikaw għal self taħt l-Iskema ta’ Garanziji tal-COVID-19 tal-MDB, fejn kienu qed jintalbu garanziji personali fuq il-valur sħiħ tas-self. Permezz tal-SLGS, l-MDB jipprovdi protezzjoni addizzjonali lill-banek intermedjarji u għaldaqstant dawn inaqqsu l-garanziji mitluba għal massimu ta’ 20% tal-valur tas-self.

Fl-istess ħin, l-iskema tipprovdi lill-banek protezzjoni addizzjonali fuq ir-riskji li jkunu qed jieħdu. Aktar minn hekk, biex jiżgura li kemm jista’ jkun negozji jieħdu sehem f’din l-iskema, l-MDB ħabbar li l-SLGS se tapplika b’mod retroattiv; jiġifieri jekk negozju diġà kkonkluda ftehim ta’ self ma’ bank kummerċjali taħt l-Iskema ta’ Garanziji tal-COVID-19, dan jista’ jinnegozja mill-ġdid taħt id-dispożizzjonijiet tal-faċilità l-ġdida skont it-termini tal-SLGS. 

Sa mit-tnedija tal-Iskema ta’ Garanzija tal-Covid-19, f’April, l-MDB appoġġja aktar minn 400 negozju, b’faċilitajiet ta’ self li jlaħħqu l-€285 miljun, b’aktar minn 15,000 impjieg jigi imħares.

F’kumment dwar dawn l-aħħar żviluppi, iċ-Ċermen tal-MDB Prof. Josef Bonniċi qal: “Ninsabu sodisfatti bil-parteċipazzjoni fl-iskema tal-Covid-19 li kellna s’issa; permezz tal-inċentivi addizzjonali li ħejjejna għan-negozji ż-żgħar, ridna nkunu ċerti li l-Bank jista’ verament jilħaq lil kull imprenditur, irrispettivament mid-daqs tan-negozju, biex kulħadd ikollu rwol fir-riġenerazzjoni ekonomika tal-pajjiż.”

Prof Bonnici fakkar li minkejja l-parteċipazzjoni qawwija, għad fadal fondi disponibbli fl-Iskema ta’ Garanziji: “Aħna rridu nkomplu nestendu  l-id ta’ għajnuna lin-negozji ta’ pajjiżna. Għalhekk qed ninkoraġġixxu lill-imprendituri lokali biex ikellmu l-bank kummerċjali preferut tagħhom u jsiru jafu aktar dwar dawn l-iskemi attraenti”. 







​​