MDB publishes the 2020 Annual Report

MDB publishes the 2020 Annual Report

Agile in response, impactful in delivery: MDB supports economic revitalisation in unprecedented times

 

The Malta Development Bank (MDB) has transformed itself into a key channel for the delivery of economic and financial support measures against the challenges posed by the pandemic, while also delivering incentives intended to revitalise Malta’s economy during the prospective recovery phase.

In its Annual Report for 2020 tabled in Parliament today by the Minister for Finance and Employment Clyde Caruana, the MDB gave details of how hundreds of businesses employing tens of thousands of employees benefitted from the MDB’s support throughout the past year.

Despite originally being founded with the primary objective of addressing the funding gaps of SMEs and infrastructural projects, the Bank quickly responded to the needs of the economy to support companies of all sizes in all economic sectors and to provide a broader range of financing that fit the needs of businesses during such unprecedented circumstances.

The major support measure implemented throughout 2020 was the Covid-19 Guarantee Scheme, through which the MDB facilitated over €400 million in working capital loans through nine commercial banks, supporting more than 500 businesses, accounting for around 30,000 employees.

The Covid-19 Guarantee Scheme provides a guarantee of 90% on all eligible loans and also includes an interest rate subsidy. It has therefore significantly enhanced access to bank financing for working capital, reduced the cost of borrowing, making credit more affordable, and even eliminating the need for collateral for the smallest enterprises.

At the same time, the MDB has also continued to support investment to enable the country achieve a higher level of growth through increased value-added, while promoting social inclusion, a cleaner environment, provide more opportunities for students and improve the quality of life.

Two notable examples of such support measures are the SME Invest scheme, through which the MDB helped SMEs across a number of different economic sectors undertake new investment in 96 projects worth almost €30 million and the Further Studies Made Affordable scheme, which helped close to 200 students further their studies under very favourable conditions.

In parallel to this activity, the Bank continued strengthening its organisational setup, enhancing its technical capacity and knowledge while investing in its human resources to be able to take on more responsibilities in the near future including an important role in mobilising the InvestEU guarantees in Malta over the coming years.  

On the publication of the report, MDB Chairman Prof Josef Bonnici expressed his confidence with regard to Malta’s economic recovery: “Malta’s business community has shown remarkable resilience in combatting the dire economic effects of the pandemic, and we can be proud of the role that the Bank has played. There is more to do, and we will definitely not rest on our laurels.  We are now looking forward to ensuring that we can continue supporting the economy in a post-COVID-19 recovery period”.

MDB Chief Executive Officer Mr Rene Saliba added that the MDB is already at work to identify how it can deliver a better product to its beneficiaries which serves as strong and innovative stimulus in the upcoming recovery: “While we are very pleased with the results achieved so far, we are reviewing our initiatives, analysing market developments and originating new ideas. Our intention is to support, encourage and facilitate Malta’s rapid resurgence as a vibrant and fast-growing economy in the months ahead”.

The full Annual Report is available on the MDB Website.​


 

Aġilità u impatt: L-MDB jappoġġja r-riġenerazzjoni ekonomika fi żmien bla preċedent

 

Matul l-2020, il-Bank Malti għall-Iżvilupp (MDB) ittrasforma lilu nnifsu mezz ewlieni biex iwassal miżuri ta’ appoġġ ekonomiku u finanzjarju kontra l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija, filwaqt li jipprovdi wkoll inċentivi li għandhom l-għan li jagħtu ħajja mill-ġdid lill-ekonomija Maltija waqt il-fażi ta’ rkupru.

Fir-Rapport Annwali tiegħu għall-2020, li tqiegħed fuq il-mejda tal-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, l-MDB ipprovda dettalji dwar kif mijiet ta’ kumpaniji li jħaddmu għexieren ta’ eluf ta’ impjegati bbenefikaw mill-iskemi tal-MDB matul is-sena li għaddiet.

Minkejja li oriġinarjament twaqqaf bl-għan primarju li jindirizza l-bżonnijiet ta’ finanzjament għall-intrapriżi żgħar u proġetti infrastrutturali, il-Bank irrisponda għal ċirkostanzi bla preċedent biex jilqa’ għal ħtiġijiet tal-ekonomija u jgħin kumpaniji ta’ kull daqs filwaqt li jipprovdi firxa usa’ ta’ finanzjament li tilħaq il-bżonnijiet tan-negozji fis-setturi ekonomiċi kollha.

L-akbar miżura ta’ għajnuna implimentata matul l-2020 kienet l-Iskema ta’ Garanzija tal-Covid-19, li permezz tagħha l-MDB iffaċilita aktar minn €400 miljun f’self għal likwidita’ permezz ta’ disa’ banek kummerċjali, li permezz tiegħu appoġġja aktar minn 500 negozju li bejniethom iħaddmu l-fuq minn 30,000 ruħ.

L-Iskema ta’ Garanzija tal-Covid-19 tipprovdi garanzija ta’ 90% fuq is-self eliġibbli kollu u tinkludi sussidju fuq ir-rata tal-imgħax. B’hekk, din saħħet sostanzjalment l-aċċess għall-finanzjament mill-banek, naqqset l-ispejjeż tas-self u f’certi cirkostanzi eliminat il-ħtieġa ta’ garanziji għall-iżgħar intrapriżi.

Fl-istess waqt, l-MDB kompla jappoġġja investiment biex jgħin lill-pajjiż jikseb livell ogħla ta’ tkabbir permezz ta’ valur miżjud akbar, filwaqt li jippromwovi l-inklużjoni soċjali, ambjent aktar nadif, opportunitajiet akbar għall-istudenti u titjib fil-kwalità tal-ħajja.

Żewġ eżempji notevoli ta’ dawn il-miżuri ta’ għajnuna huma l-Iskema SME Invest, li permezz tagħha l-MDB għen bosta intrapriżi f’firxa ta’ setturi ekonomiċi differenti jinvestu f’96 proġett b’valur ta’ €30 miljun u l-Iskema Further Studies Made Affordable, li għenet madwar 200 student ikomplu jistudjaw b’kondizzjonijiet mill-aktar favorevoli.

Fl-istess waqt, il-Bank kompla jsaħħaħ il-qafas organizzattiv tiegħu, itejjeb il-kapaċità teknika tiegħu filwaqt li jinvesti fir-riżorsi umani biex ikun jista’ jerfa’ aktar responsabbiltajiet fil-futur qrib, inkluż li jieħu rwol importanti fil-mobilizzazzjoni tal-garanziji tal-InvestEU f’Malta fis-snin li ġejjin.

Mal-pubblikazzjoni tar-rapport, iċ-Chairman tal-MDB Prof Josef Bonnici esprima l-kunfidenza tieghu fir-rigward tal-irkupru ekonomiku ta’ Malta: “Il-komunità kummerċjali Maltija wriet reżiljenza qawwija fl-isforzi kontra l-effetti ekonomiċi tal-pandemija, u aħna kburin bl-irwol li kellu l-Bank f’dan ir-rigward. Fadal aktar xi jsir u m’aħniex se nistrieħu fuq ir-riżultati miksuba. Issa qed inħarsu ‘l quddiem biex inkomplu nappoġġjaw l-ekonomija fl-irkupru tagħha”.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MDB Rene Saliba żied li l-MDB diġà qed jaħdem biex jidentifika kif jista’ joffri prodott aħjar lill-benefiċjarji tiegħu bl-għan li jservi ta’ stimolu innovattiv fl-irkupru li ġej: “Filwaqt li ninsabu sodisfatti bir-riżultati miksuba s’issa, qed nirrevedu l-inizjattivi tagħna, nanalizzaw żviluppi tas-suq u noħorġu b’ideat ġodda. L-għan tagħna hu li nixprunaw, ninkoraġġixxu u niffaċiltaw ir-riġenerazzjoni tal-ekonomija Maltija bħala waħda vibranti u li tikber b’mod mgħaġġel fix-xhur li ġejjin”.

 Ir-rapport annwali hu disponibbli fuq is-sit tal-MDB.​